L-unjoni ċivili hi prijorità għas-summit tal-Commonwealth f’Malta – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-unjoni ċivili bejn koppji tal-istess sess hi waħda mill-prijoritajiet tas-summit tal-Commonwealth li se jsir f’Malta fl-2015.
Dr Muscat kien qed jitkellem waqt laqgħa mar-Royal Commonwealth Society, fejn qal li dan is-summit jista’ jlaqqa’ opinjonijiet opposti madwar mejda, sabiex jgħinhom jilħqu kompromess dwar kwistjonijiet bħall-unjoni ċivili.
Il-Prim Ministru qal ukoll li fost il-bidliet li jixtieq jara fil-pajjiżi tal-Commonwealth hi bidla fil-mentalità ta’ kif isir ix-xogħol fil-laqgħat tagħhom.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo