L-Università titlob l-għajnuna tal-pulizija

L-Università ta’ Malta talbet l-assistenza tal-Pulizija biex waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-istudenti ggradwati jkun hemm aktar sorveljanza.
Ma’ Newsbook.com.mt kelliema għall-Pulizija qalet li fl-Università ta’ Malta qed ikun hemm tliet pulizija extra duty bejn id-9am u l-4pm.
Dan minkejja li l-Pulizija ma rċeviet l-ebda rapport dwar każijiet ta’ vandaliżmu fl-Università ta’ Malta.
Fil-jiem li għaddew l-Università ta’ Malta qalet li se terfa’ r-responsabbiltà għall-ispejjeż biex jittranġaw l-affarijiet li ġew ivvandalizzati minn studenti ggradwati.