Unjins jifirħu lill-Ministru l-ġdida għall-Edukazzjoni

Read in English.

L-Union għall-Għalliema Maltin u l-Union għall-Edukaturi Professjonali ferħu lill-Ministru l-ġdid għall-Edukazzjoni, Justyne Caruana.

Ilbieraħ, il-Prim Ministru Robert Abela żvela l-Kabinett il-ġdid wara li sar reshuffle, 11-il xahar wara li sar Prim Ministru ta’ Malta. L-unions irringrazzjaw lill-Ministru Owen Bonnici li kien qed iservi bħala Ministru għall-Edukazzjoni f’dawn l-aħħar xhur.

Caruana, li kienet serviet bħala Ministru għal Għawdex fil-Kabinett tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, kienet irreżenjat f’Jannar minħabba rabtiet li ssemma fihom ir-raġel tagħha, Silvio Valletta, fejn jidħol is-suspettat bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech.

Il-UPE qalet li qed tħares ‘il quddiem biex taħdem mill-qrib mal-Ministru l-ġdid biex ikunu ndirizzati l-isfidi li qed jaffaċċjaw l-edukaturi u l-istudenti.

Similarment, l-MUT qalet li se tkun qed tħares ‘il quddiem biex taħdem ma’ Caruana biex flimkien ikomplu jsaħħu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-edukaturi. L-MUT rringrazzjat ukoll lil Bonnici li kellu jaffaċċja l-pandemija tal-coronavirus malli sar Ministru għall-Edukazzjoni.