L-Unions bir-raġun jilmentaw dwar dawk li jibbenefikaw mingħajr kontribut – AD

Alternattiva Demokratika

Read in English.

L-Alternattiva Demokratika qalet li l-unions għandhom raġun jilmentaw dwar dawk il-ħaddiema li jgawdu minn benefiċċji ta’ ftehim kollettiv mingħajr ma jagħtu kontribut.

Fi stqarrija il-kelliema tal-AD għall-politika soċjali Anna Azzopardi irreferiet għall-proposta tal-GWU dwar sħubija mandatorja tal-ħaddiema fi trade union tal-għazla tagħhom. Dawk li ma jaqblux ikunu eżentati bil-kundizzjoni li jikkontribwixxu għal fond favur inizjattivi dwar titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Azzopardi qalet l-Unions huma korretti meta jilmentaw dwar dawk li jieħdu l-benefiċċji kollha ta’ kull ftehim kollettiv mingħajr ma jikkontribwixxu għalih b’impenn u ħidma fuq il-post tax-xoghol.

“Minflok dawn jieħdu rikba minn fuq ħaddiehor,” qalet Azzopardi. Żiedet tgħid li meta titwarrab din il-proposta bla konsiderazzjoni jkun ifisser nuqqas ta’ għarfein tad-dinja tax-xogħol.

Iċ-Chairperson tal-AD Carmel Cacopardo qal li l-AD tifhem li din il-proposta għandha l-għan li tħares ħaddiema vulnerabbli. Qal li l-ħarsien ta’ dawn il-ħaddiema għandha tkun prijiorità nazzjonali. Qal ukoll li l-AD hi tal-fehma li l-GWU għandha tlaħħam il-proposta taghha u tispjegaha f’iktar dettall.

Reċentament, fuq Facebook, Arnold Cassola li qabel kien jagħmel parti mill-AD qal li l-proposta tal-GWU li tobbliga lil kull impjegat li jidħol f’trade union tmur kontra l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

GWU's compulsory Union membership is a non-starter illegality The proposal by the GWU to oblige all employees to join…

Posted by Arnold Cassola on Thursday, August 22, 2019