L-unika tama għall-Ukraina hi l-laqgħa tal-Ħamis – Il-Ministru Vella

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Dr George W. Vella attenda laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin f’Lussemburgu fejn il-Ministri tal-Unjoni Ewropea ddiskutew fost l-oħrajn l-aħħar żviluppi fl-Ukraina.
Il-Ministru Vella esprima tħassib tiegħu dwar dak li qed iseħħ fl-Ukraina u enfasizza li t-tama għal titjib hija biss fil-laqgħat bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti, l-Ukraina u r-Russja, skedati f’Ġinevra nhar il-Ħamis li ġej.
Saħaq li Malta taqbel mal-estensjoni tal-lista tal-individwi responsabbli għall-atti vjolenti u illegali li seħħew fl-Ukraina.
Esprima wkoll il-ħidma kontinwa tal-Kummissjoni Ewropea dwar pakkett finanzjarju għall-Ukraina.