L-uniformijiet jorħsu b’medja ta’ 10%

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħabbar li l-uniformijiet tal-iskejjel tal-Gvern raħsu b’10%, wara proċess ta’ konsultazzjoni mal-ġenituri tat-tfal.
Fi stqarrija intqal li l-konsultazzjoni saret permezz ta’ survey fil-bidu tas-sena skolastika 2013/2014.
Il-ġenituri xtaqu li l-uniformijiet ikollhom materjal ta’ kwalità ħalli b’hekk ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw.
Fi proċess pubbliku, il-kumpaniji u dawk li jipprovdu l-uniformijiet offrew il-prezzijiet tagħhom.
Il-kumpanija Yorkie Clothing Ltd kienet magħżula għal ħames snin li ġejjin.
Id-disinn tal-uniformijiet ma nbidilx.