L-Ungerija u n-Nazzjonijiet Magħquda ma jaqblux dwar l-immigranti

L-Ungerija se toħroġ mill-patt tal-immigrazzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda qabel l-approvazzjoni finali tiegħu, ħabbar il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Peter Szijjarto nhar l-Erbgħa, filwaqt li żied li dan il-ftehim kien ta’ theddida għad-dinja.

Szijjarto tenna li dan id-dokument imur kompletament kontra l-interessi tas-sigurtà Ungeriża.

Dan il-patt għandu jiġi adottat formalment f’Diċembru, iżda l-Ungerija mhix se tipparteċipa fil-laqgħa ġewwa l-Marokk, u se topponi dan il-patt fl-Assemblea Ġenerali.