L-Ungerija u l-Polonja jwaqqfu l-pakkett ta’ rkupru dwar is-Saltna tad-Dritt

EU flags fly outside the European Commission headquarters in Brussels

Read in English.

L-Ungerija u l-Polonja mhux se jkunu qegħdin jibbenefikaw mill-pakkett ta’ rkupru tal-Unjoni Ewropea wara li oġġezzjonaw li jgħaqqdu l-aċċess tal-flus b’risett lejn is-Saltna tad-Dritt.

Il-gazzetta Politico rrapurtat li waqt il-laqgħa bejn l-ambaxxaturi tal-Unjoni Ewropea fi Brussell, ir-rappreżentanti taż-żewġ pajjiżi ma tawx il-kunsens tagħhom bil-kitba biex tiġi adottata l-proċedura tal-Own Resources Decision. Dan jistabbilixxi li d-dħul li l-UE tista’ tiġbor u huwa prerekwiżit biex tissellef flus għall-fond ta’ rkupru. Il-Polonja u l-Ungerija kellhom r-riservi tagħhom u dan wassal biex ma jagħtux il-kunsens tagħhom.

Il-Kunsill tal-Ewropa u l-Parlament Ewropew iridu jagħtu l-approvazzjoni finali sabiex ikun jista’ jingħata dan il-fond ta’ rkupru. Il-pakkett finanzjarju għall-baġit u rkupru finanzjarju bejn l-2021 u 2027 huwa ta’ €1.8 trilljun.

L-Ungerija u l-Polonja ddikjaraw li se jkunu qed iwaqqfu l-pakkett tal-baġit u dak ta’ rkupru minħabba l-iskema tas-Saltna tad-Dritt. L-UE tista’ twaqqaf il-fondi lill-pajjiżi li ma jħarsux is-saltna tad-dritt.