L-Ungerija tħejji biex toħrog mill-ftehim dwar l-immigranti

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ungeriż se jipproponi li l-Ungerija toħroġ minn taħdidiet dwar patt t’imigrazzjoni man-Nazzjonijiet Magħquda minħabba li l-ftehim jista’ jgħin l-influss t’immigranti lejn l-Ewropa u jġiegħel lill-pajjiżi biex isostnuhom.

Il-Prim Ministru Viktor Orban, li reġa’ ġie elett għat-tielet darba konsekuttiva f’April li għadda, kien wieħed mill-ikbar opponenti għall-politika t’immigrazzjoni tal-Unjoni Ewropea peress li l-Gvern tiegħu bena fruntieri fin-Nofsinhar tal-Ungerija biex l-immigranti jibqgħu barra.

Il-Gvern Ungeriż laħaq qbil mal-votanti tiegħu billi argumenta li l-immigrazzjoni illegali thedded li tfixkel l-istabbiltà tal-pajjiż.