L-Ukrajna teleġġi kummidjant bħala l-President il-ġdid

Reuters

L-Ukrajna biddlet ix-xena politika tagħha billi eleġġiet lill-kummidjant Volodymyr Zelenskiy li m’għandux esperjenza fil-politika bħala l-President il-ġdid tagħha.

Ir-rebħa ta’ Zelenskiy li għandu 41 sena, hija ta’ tkaxkira għal Petro Poroshenko li pprova jirbaħ lill-Ukreni billi jpinġi lilu nnifsu bħala t-tarka kontra l-aggressjoni Russa u l-kampjun tal-identità Ukrena.

Zelenskiy ġab 73% tal-voti, filwaqt li Poroshenko ġab ftit inqas minn 25%. Aktar 90% tal-poplu Ukren ħareġ jivvota.

Il-President il-ġdid jagħmilha ta’ president fittizju f’serje televiżiva popolari fil-pajjiż. Huwa wiegħed lill-poplu Ukren li mhux se jiddiżappuntah.