Read in English.
L-Air Malta lbieraħ inawgurat servizz ġdid ta’ darba fil-ġimgħa lejn il-belt kapitali tal-Ukrajna, Kiev.
Iċ-Chairman tal-Air Malta, Dr Charles Mangion qal li dan is-sajf l-Air Malta qed tippjana li ġġorr 5,000 passiġġier fuq din ir-rotta. Huwa żied jgħid li l-Air Malta mistennija li żżid is-servizz għal darbtejn fil-ġimgħa sas-sajf li ġej.
Dr Mangion spjega li din ir-rotta seħħet wara żjara tal-President Marie Louise Coleiro Preca fl-Ukrajna f’Ottubru li għadda.