L-Ukrajna favur l-Ewropa mhux ir-Russja

Fl-Ukrajna, l-ewwel riżultati tal-elezzjonijiet jagħtu rebħa qawwija lill-partiti li l-politika tagħhom hi eqreb lejn l-Ewropa, mhux l-alleanza mar-Russja.
Ir-rebħa ta’ 70%, meta wieħed iqis il-partiti pro-Ewropa flimkien, tagħti saħħa qawwija lill-President Petro Poroshenko jifforma gvern ġdid – xi ħaġa li għandu jagħmel fl-għaxart ijiem li ġejjin.
Dawn huma l-ewwel elezzjonijiet wara li l-Gvern ta’ Viktor Yanukovych, li kien favur politika eqreb tar-Russja, twaqqa’ mill-poter fi Frar.
Ir-riżultati tal-elezzjoni juru li din id-darba għebu għal kollox mix-xena l-komunisti Ukreni waqt li l-partiti favur relazzjoni eqreb mar-Russja ħadu daqqa, tant li partit wieħed biss irnexxilu jasal fil-Parlament.
Dawn ir-riżultati għandhom mnejn jikkumplikaw ftit id-djalogu ma’ Putin dwar paċi bejn iż-żewġ partijiet.
F’reġjuni tal-punent, okkupati mir-ribelli, ma sarux elezzjonijiet waqt li f’żona minnhom ħarġu jivvutaw biss 25% tal-elettorat.