L-Ukraina twissi dwar gwerra kontra r-Russja

Il-President Ukren Petro Poroshenko wissa li l-kriżi fl-Ukraina tant marret għall-agħar fl-aħħar jiem li hi biss ftit il-bogħod milli tispiċċa fi gwerra “fuq skala sħiħa” kontra r-Russja.
Wara summit tal-Unjoni Ewropea fi Brussell, Poroshenko qal li “naħseb li qegħdin f’punt li minnu m’hemmx riton.” Spjega kif eluf ta’ truppi u mijiet ta’ tankijiet barranin huma issa fit-territorju Ukren.
Ir-Russa spiss ċaħdet li appoġġjat lir-ribelli jew li bagħtet truppi lill-hinn mill-fruntieri. Minkejja dan, il-Punent m’aċċettax din iċ-ċaħda.