L-Ukraina tirtira s-suldati mill-Krimea

L-Ukraina ddeċidiet li tirtira t-truppi kollha tagħha mill-Krimea.  Il-President attwali tal-Ukraina Olexander Turchynov qal wsal għal din id-deċiżjoni minħabba t-theddid tar-Russja fil-konfront tas-suldati u l-familji Ukreni. 
It-truppi Russi ħadu taħt idejhom ħafna mill-bażijiet tal-Krimea.  Il-mexxejja tal-iktar seba’ pajjiżi industrijalizzati fid-dinja, il-G7 mistennija jiltaqgħu biex jiddiskutu l-kwistjoni bejn ir-Russja u l-Ukraina.