L-Ukraina tirkupra xi pitturi misruqa

L-Ukraina ħabbret li rkuprat 4 pitturi minn 24, tas-seklu 16 u 17, li kienu nsterqu minn mużew fl-Olanda iktar minn 10 snin ilu.
Is-serqa kienet stmata b’valur ta’ €10 miljun.
Skont il-Gvern Ukren, il-pitturi kienu f’idejn “gruppi kriminali”.
F’Diċembru, il-mużew kien qal li militanti Ukreni kienu ppreżentaw ritratti tal-pitturi lill-ambaxxata tagħha u talbu rahan ta’ miljuni ta’ ewro.