L-Ukraina tibda s-sena b’dimostrazzjoni fit-toroq

Fl-Ukraina, fl-ewwel jum tas-sena l-ġdida, madwar 2,500 ruħ imxew fit-toroq tal-belt kapitali Kiev ifakkru lill-eks mexxej anti-Sovjetiku Stepan Bandera.
Uħud mid-dimostranti ġarrew bnadar assoċjati ma’ movimenti tal-lemin u lemin estrem, inkluż ta’ movimenti li fi Frar li għadda waqqgħu lill-eks President Viktor Yanukovych.
Huma ħeġġew lill-awtoritajiet biex lil Bandera jergħu jagħtuh l-istat ta’ eroj wara li dan it-titlu kien tneħħielu minn Yanukovych.
Ħafna Russi, min-naħa l-oħra, għandhom opinjoni ħażina ta’ Bandera.
Vladimir Putin kien sejjaħlu “l-kompliċi ta’ Hitler”.