L-Ukraina takkuża r-Russja li qed tibgħat iktar armamenti

Il-militar fl-Ukraina akkuża l-Gvern Russu li bagħat iktar tankijiet u suldati fil-Punent tal-pajjiż biex jgħinu lis-separatisti favur ir-Russja.
In-NATO qalet li żdiedu t-tankijiet tal-gwerra mal-fruntiera taż-żewġ pajjiżi u qed tinvestiga rapporti jekk it-tankijiet Russi daħlux fl-Ukraina.
L-awtoritajiet fl-Ukraina qalu wkoll li l-qawwiet tal-Gvern qatlu iktar minn 200 ribell fl-ajruport ta’ Donetsk.
Kyiv ċaħdet dawn ir-rapporti ta’ attakki u qalet li kienu biss provokazzjoni mis-separatisti favur ir-Russja.