L-Ukraina ssellem lid-9 vittmi fuq l-ajruplan Ukren

REUTERS

L-Ukraina sellmet lill-11-il vittma Ukren li mietu fit-8 ta’ Jannar li għadda meta l-ajruplan li kienu fuqu tniżżel b’missila fuq Tehran. Il-176 passiġġier u l-ekwipaġġ kollha mietu meta t-titjira PS752 tniżżlet ftit wara li telgħet mill-Ajruport ta’ Teheran.

Iċ-ċerimonja saret fl-ajruport ta’ Kiev fejn waslu l-katavri tal-11-il Ukren li disa’ minnhom kienu parti mill-ekwipaġġ.

Il-każ fatali kien għall-ewwel maħsub li kien inċident iżda l-Iran aktar tard ammetta li spara missila iżda qal li kien “żball uman”. Il-gazzetta Amerikana The New York Times kienet anki ppubblikat u vverifikat filmat tal-missila li spoldiet tal-ajurplan.

Dan l-attakk b’missila sar b’reazzjoni għall-qtil tal-Kmandant Iranjan Qassem Soleimani mill-Amerikani. Dakinhar tal-qtil tiegħu, il-President Amerikan Donald Trump qal li kien elimina “l-aqwa terrorista fid-dinja”. Is-Segretarju ta ‘l-Istat Mike Pompeo qal li kien hemm “theddida imminenti” li kienet tinkludi “attakki fuq l-ambaxxati tal-Istati Uniti”.