L-Ukraina mhux se ċċedi l-Krimea

In-numru ta’ suldati Russi fir-reġjun tal-Krimea dejjem qed jiżdied.  Is-suldati Ukreni li hemm mal-fruntiera qalu li raw ġejjin iktar suldati. 
Mingħajr ma l-gvern Ukren kien infurmat, fl-aħħar 24 siegħa, fuq il-peniżula nieżlu 10 ħelikopters tal-gwerra u 8 ajruplani ta’ trasport. 

Jidher li  l-ħelikopters u l-ajruplani nieżlu 72 siegħa qabel il-ħin miftiehem.

“L-Ukraina qatt mhi se ċċedi r-reġjun ta’ Krimea.”  Din hi t-twissija tal-Prim Ministru Ukren Arseni Iatseniuk lir-Russja.  
Il-Ministeru Ukren għad-Difiża qal li r-Russja daħlet darbtejn fl-ispazju tal-ajru tal-Ukraina hekk kif żewġ ajruplani Russi taru fuq il-Baħar l-Iswed.

Nhar il-Ħamis li ġej, l-Unjoni Ewropea mistennija tlaqqa’ il-mexxejja tal-pajjiżi biex tinstab soluzzjoni dwar il-kriżi fil-lvant tal-Ewropa.