L-Ukraina f’xifer ta’ diżastru

B’reazzjoni għall-preżenza tat-truppi Russi fil-Crimea, l-Ukraina tefgħet it-truppi militari tagħha fuq allert waqt li ħadet il-passi neċessarji kollha ta’ sigurtà hekk kif qed tkompli tikber it-tensjoni li tfaqqa’ gwerra ċivili.
 
Il-Prim Ministru Ukren Arseniy Yatsenyuk qal li l-pajjiż jinsab f’xifer ta’ diżstru waqt li appella lill-President Russu Vladimir Putin sabiex jirtira t-truppi.
 
Minn naħa tagħha, in-NATO wkoll qed twettaq taħdidiet urġenti fi Brussell, bis-Segreatrju Ġenerali Anders Rasmussen jgħid li l-indħil tat-truppi Russi fil-Crimea qegħdin jheddu s-sigurtà tal-Ewropa. Rasmussen kompla jgħid li n-NATO tagħti l-appoġġ tagħha lill-poplu Ukren u mhux se tittollera indħil minn forzi esterni b’referenza għat-truppi mibgħutha minn Putin.
 
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ukren talab lill-mexxejja tal-Istati Uniti u r-Renju Unit jiggarantixxu s-sigurtà lill-Ukraina.

Ritratt: Truppi Russi armati fil-port ta' Crimea