L-Ukraina bla parlament…illum laqgħa mar-Russja

Il-President Ukren Petro Poroshenko xolja l-parlament u ddeċieda li l-elezzjoni se ssir fis-26 ta’ Ottubru li ġej.  F’messaġġ twil, il-President kiteb li l-pajjiz għandu bżonn parlament ġdid biex ikun jista’ joħroġ mill-gwerra.
Il-President Ukren u r-Russu Vladimir Putin illum mistennija jiltaqgħu waqt summit f’Minsk, il-kapitali tal-Belarussja biex jiddiskutu s-sitwazzjoni taż-żewġ pajjiżi.  Din il-laqgħa qed issir hekk kif żdiedet it-tensjoni minħabba il-ħidma tal-militar Ukrena kontra r-ribelli favur ir-Russja.
L-Ukraina qalet li fil-lvant tal-pajjiż qabdet 10 Russi li jaħdmu għall-gvern. Min-naħa tagħha, ir-Russja reġgħet ċaħdet li qed tgħin lir-ribelli.
Aktar minn 2,000 ruħ mietu fl-aħħar xhur minn meta qamu l-irvellijiet bejn il-qawwiet Ukreni u r-ribelli f’Donetsk  u Luhansk.