L-UHM tirreġistra tilwima industrijali fl-Awtoritá tad-Djar

L-UHM irreġistrat tilwima industrijali fl-Awtorità tad-Djar. Din it-tilwima li nħolqot mal-maniġment hija r-riżultat ta’ dewmien persistenti u bla bżonn biex jintlaħaq ftehim dwar pakkett finanzjarju adegwat u raġonevoli għall-impjegati ta’ l-Awtorità.

L-UHM kompliet li jekk mhu se l-awtorità mhux se tirrevedi l-pozizzjoni tagħha fi żmien 48 siegħa se tordna azzjonijiet industrijali.

Fi tweġiba għal dan, l-Awtorità tad-Djar qalet li tinsab sorpriża għal fatt li l-UHM għażlet li tagħti avviż għall azzjonijiet industrijali minflok kompliet bid-diskussjonijiet madwar il-mejda.