L-ugwaljanza mhix protezzjoni speċjali għal xi minoranza – Dalli

MEAE

Il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli qalet li l-progress fl-ugwaljanza ma jfissirx li xi minoranza tingħata protezzjoni speċjali. Spjegat li dan jista’ jgħin lil xi wħud filwaqt li jinsa lil oħrajn.

Dalli qalet dan waqt l-indirizz tagħha fit-22 Konferenza Internazzjonali dwar l-AIDS f’Amsterdam.

Dalli tkellmet dwar l-importanza tal-appoġġ politiku fir-rispons għall-HIV. Qalet li jrid jiġi assigurat li l-ugwaljanza issir parti intrinsika f’diversi oqsma tal-politiki u għal kull persuna irrispettivament mill-karatteristiċi personali tagħha.

Dalli temmen li trid titneħħa d-deskriminazzjoni mil-liġijiet, mill-politiki, u mill-kultura.

Il-Prinċep Harry tar-Renju Unit qal li qed issir ħsara fid-dinja fl-edukazzjoni u f’servizzi oħra meta l-prevenzjoni u t-trattament tal-AIDS ma jingħatawx prijorità.

Il-kantant Sir Elton John qal li l-epidemija tal-AIDS tissaħħaħ permezz tal-istigma, il-vjolenza, u l-indifferenza.