“L-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija dritt uman” – Il-President

OPR

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca sostniet li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija dritt uman li jagħmel parti mid-Dikjarazzjoni Universali tad-drittijiet Umani. Għaldaqstant insistiet dwar l-urġenza li tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Dan qalitu waqt l-attività bl-isem ta’ “Economic Growth through Women’s Empowerment”. Din l-attività kienet organizzata mill-President tal-Litwanja flimkien mal-Council of World Women Leaders fil-marġini tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda.

Il-President qalet li kulħadd jitwieled ħieles u ugwali, madanakollu m’aħniex ugwali. Spjegat ukoll li l-ugwaljanza mhijiex kwistjoni ta’ ħabi tad-differenzi bejn il-ġeneri, iżda hija kwisjoni li jinsab spazju rispettuż li kulħadd jistħoqqlu.

L-attività kienet indirizzata wkoll mis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Michelle Bachelet, il-Kummissarju Għoli tal-Ġnus Magħquda għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-eks-President taċ-Ċili, Kolinda Grabar-Kitarović, President tal-Kroazja, Kersti Kaljulaid, President tal-Estonja, u Dalia Grybauskaitė, President tal-Litwanja.

Ritratti: OPR