L-uffiċjali tal-Animal Welfare jingħataw taħriġ speċjalizzat

Esperti barranin se jiġu Malta biex jgħinu f’taħriġ speċjalizzat lill-ħaddiema u uffiċjali tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali.
It-taħriġ se jiġi estiż ukoll għal entitajiet li jassistu lid-dipartiment f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ, fosthom il-Protezzjoni Ċivili u membri tal-ALE fil-Korp tal-Pulizija.
Wara ħamest ijiem ta’ taħriġ, il-proġett se jiġi fi tmiemu b’konferenza nazzjonali dwar il-ħarsien tal-annimali.
Il-proġett jinkludi wkoll kampanja ta’ informazzjoni fuq skala nazzjonali biex jiżdied l-għarfien dwar id-drittijiet tal-annimali, u se tkun mifruxa fi skejjel u kunsilli lokali f’Malta u Għawdex.
Il-valur tal-proġett iffinanzjat mill-fondi Ewropej ilaħħaq it-€22,000.
Dan it-taħriġ se jingħata bħala parti minn proġett b’investiment ta’ €22,000 minn fondi Ewropej.
Matul din is-sena, id-direttorat irċieva madwar 5,000 talba għall-għajnuna mill-ambulanza tal-emerġenza, filwaqt li twettqu madwar 1,000 spezzjoni fuq allegati każi ta’ moħqrija.