L-uffiċini ta’ Transport Malta mhux se jaħdmu normali għada

Read in English.

Transport Malta ħabbret li għada l-uffiċini tagħha mhux se jaħdmu normali billi kellha xi problemi fis-servers u s-sistemi li tuża.

Ġie spjegat li l-operat ta’ Transport Malta se jinbidel xi ftit għada peress li l-ebda sistema li permezz tagħha jinqdew il-klijenti mhi se tkun qed taħdem, minħabba problemi tekniċi. Minkejja dan, l-uffiċini tal-Awtorità xorta waħda se jkunu miftuħin għal min għandu bżonn jistaqsi għal xi għajnuna.

L-awtorità skużat ruħha għal kull inkonvenjent u qalet li se taħdem biex il-problemi jissolvew.