L-Uffiċċju taż-Żwiġijiet u l-Caritas jiftħu mill-ġdid minn għada

Luke Zerafa

Minn għada l-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju 2020, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet u l-uffiċċju ċentrali tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunali Ekkleżjastiċi fil-Belt Valletta, se jerġgħu jiftħu għall-pubbliku.

Dan hekk kif il-maġġoranza tal-miżuri relatati mal-coronavirus se jkunu qed jiġu fi tmiemhom u l-pajjiż jinsab fi triqtu lejn in-normalità l-ġdida.

Fi stqarrija, il-Kurja tal-Arċisqof spjegat li bħala miżura ta’ prekawzjoni li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku u tal-impjegati, kull min għandu bżonn iżur dawn l-uffiċċji għandu jagħmel dan permezz ta’ appuntament, kif ukoll jilbes maskra/visor fil-ħin li jkun fil-bini.

Jekk tixtieq aktar tagħrif tista’ ċċempel fuq 25906238 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id-9am u l-4pm, jew jibgħat email fuq info@maltadiocese.org.