​L-Uffiċċju Meteoroloġiku joħroġ it-tbassir tat-temp għal-Lejlet l-Ewwel tas-Sena

L-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Malta qal li qed jistenna li rjieħ qawwija jolqtu lill-gżejjer Maltin fl-aħħar weekend ta’ din is-sena.
Madanakollu, mhux mistennija x-xita matul lejlet l-Ewwel tas-Sena u lanqas fl-ewwel ġurnata tal-2018.
Skont l-Uffiċċju, l-1 ta’ Jannar għandu jkun aktar sħun mis-soltu bl-ogħla temperatura tilħaq it-18 °C
Però, matul il-weekend, it-temperatura tista' tmiss l-10 °C fl-aktar punti baxxi.
Intqal li jista' jkun li tqattar ix-xita għada t-30 ta‘ Diċembru.
Ritratt: MIA