L-uffiċċji ta’ El Pais evakwati wara theddida ta’ bomba

Wara dak li seħħ f’Pariġi iktar kmieni llum, ġurnal ewlieni fi Spanja rċieva theddida ta’ bomba u l-uffiċċji tiegħu spiċċaw kellhom jiġu evakwati.
Il-ħaddiema kollha tal-ġurnal El Pais spiċċaw għal ċertu ħin fuq il-bankina barra l-istabbiliment tal-uffiċċju tagħhom wara li rċevew pakkett li seta’ kien bomba.
Wara li l-pakkett ġie eżaminat instab madankollu li ma kellu ebda sustanza perikoluża.