L-UE u t-Turkija se jippruvaw jilħqu ftehim biex tonqos l-immigrazzjoni

Il-Prim Ministru tat-Turkija Ahmet Davutoglu mistenni jiltaqa’ mal-mexxejja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea fejn se jippruvaw jilħqu ftehim biex tonqos l-influss tal-immigrazzjoni fl-Ewropa.
It-Turkija mistennija tibda tirċievi flus u konċessjonijiet politiċi sabiex tpoġġi iktar kontrolli fuq il-fruntieri tagħha biex iżomm ir-refuġjati fil-pajjiż.
Din is-sena biss kienu kważi 900,000 l-ammont ta’ immigranti li waslu l-Ewropa.
Ħafna minn dawk li jaħarbu mill-gwerer fis-Sirja, fl-Iraq u fl-Afghanistan ikunu għixu għal xi żmien fit-Turkija qabel imorru lejn l-Ewropa.