L-UE twiegħed għajnuna lit-Turkija biex twaqqaf l-immigrazzjoni lejn l-Ewropa

It-Turkija daħħlet fis-seħħ restrizzjonijiet ġodda bl-għan li jiġi kkontrollat l-influss ta’ immigranti lejn l-Ewropa.
Riżultat ta’ dan, Sirjani li qed jidħlu t-Turkija bl-ajru jew bil-baħar minn pajjiżi oħra, qed jintalbu li jkollhom visa.
B’din ir-restrizzjoni, huwa rrappurtat li mal-400 Sirjan li kienu se jtiru lejn it-Turkija mill-Libanu ma tħallewx jivjaġġaw u ntbagħtu lura lejn Damasku.
It-Turkija qalet li bl-ebda mod mhu qed tirrestrinġi lir-refuġjati iżda fl-istess ħin qed tieħu l-prekawzjoni milli tilqa’ għandha gruppi ta’ nies li jista’ jkollhom intenzjonijiet ħżiena.
L-Unjoni Ewropea wkoll min-naħa tagħha wiegħdet mat-3 biljun ewro f’għajnuna lit-Turkija jekk jirnexxielha żżomm il-mewġa ta’ immigranti milli jidħlu fl-Ewropa.