L-UE trid tkun suq ewlieni għat-teknoloġija 5G

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri flimkien ma’ ministri Ewropej, iffirma dikjarazzjoni li tikkonferma li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jibqgħu impenjati biex l-Ewropa ssir suq ewlieni għat-teknoloġija 5G.
L-iffirmar sar waqt laqgħa informali tal-ministri għall-kompetittività u t-telekomunikazzjoni f’Tallinn fl-Estonja, il-pajjiż li bħalissa għandu f’idejh il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
It-tekonoloġija 5G hija element kruċjali li ssaħħaħ il-konnettività u tassigura ambjent kompetittiv fost il-konsumaturi u n-negozji fl-Ewropa.
Fil-laqgħa ġiet diskussa wkoll id-data economy u l-element essenzjali li se jgħin lill-Gvern Malti jiżviluppa l-istrateġija tal-blockchain f’diversi setturi tal-ekonomija.