​ “L-UE trid tikkontrolla fejn imorru l-fondi għall-pajjiżi Afrikani” – Mizzi

L-MEP Laburista Marlene Mizzi qalet li l-UE għandha tassigura l-aħjar proċeduri ta’ kif jintefqu l-fondi għal pajjiżi Afrikani.
Hija kienet waħda mill-kelliema fil-Kulleġġ Ewropew f’Bruges fl-okkażjoni tal-ġimgħa li tiċċelebra l-pajjiżi Għarab u l-istat Malti
Semmiet kif il-fondi li l-UE tagħti lill-pajjiżi Afrikani jammontaw għal miljuni fis-sena u jibqgħu dejjem suġġett kontroversjali. Saħqet dwar l-importanza li jinżamm rendikont sħiħ ta’ kif qed jintefqu.
Marlene Mizzi qalet li dawn il-flus iridu jintużaw biex jinħoloq iktar investiment u xogħol, għax wara kollox dawn huma flus il-poplu.