L-UE toffri sħubija u aktar għajnuna lill-pajjiżi tal-Balkani

Olivier Matthys/Pool via REUTERS

Read in English.

Is-27 mexxej tal-Unjoni Ewropea taw l-appoġġ sħiħ għal sitt pajjiżi tal-Balkani biex eventwalment dawn isiru membri tal-blokk u offrewlhom għajnuna finanzjarja sostanzjali hekk kif l-Unjoni Ewropea qed tipprova żżomm taħt kontroll l-isforzi taċ-Ċina biex issir aktar influwenti fir-reġjun.

L-UE qalet li ma kinitx qed tingħata biżżejjed kreditu għat-3.3 biljun ewro li qed tipprovdi, hekk kif dan l-ammont jegħleb bil-ferm il-provvisti mediċi li Beijing u Moska bgħatu lis-Serbja u l-Bożnija fil-fażi inizjali tal-pandemija tal-coronavirus.

Is-summit, ippjanat fil-kapitali Żagreb 20 sena wara l-ewwel laqgħat bejn l-UE u l-pajjiżi Balkani saret permezz ta’ vidjokonferenza, u fiha nġabru l-mexxa tas-Serbja, il-Kosovo, il-Montenegro, l-Albanija u l-Bożnija u l-Maċedonja ta’ Fuq mas-27 mexxej tal-Unjoni Ewropea.

Is-sitt pajjiżi, li jkollha għadhom iġorru l-feriti tal-gwerer tad-Disgħinijiet, qed jimmiraw li jissieħbu fl-UE, iżda r-rispons għall-COVID-19 iddominaw id-diskussjonijiet nhar l-Erbgħa.

“L-UE terġa’ tafferma l-appoġġ mingħajr ekwivoċi għall-perspettiva Ewropea tal-Balkani tal-Punent”, qalu l-mexxejja tal-istituzzjonijiet u l-gvernijiet tal-UE fid-dikjarazzjoni finali – referenza għal sħubija futura wara li jitwettqu numru ta’ riformi f’dawn il-pajjiżi.

Il-mexxejja wegħdu “pjan ekonomiku u ta’ investiment b’saħħtu” għall-Balkani  – appoġġ li jmur lil hinn mit-3.3 biljun ewro kommessi f’dan il-mument għall-ġlieda kontra l-pandemija.

Id-dikjarazzjoni finali talbet ukol llill-pajjiżi tal-Balkani jsegwu l-għanijiet tal-politika barranija tal-UE, referenza indiretta għat-tħassib li xi pajjiżi jistgħu jkunu qed jersqsu wisq fil-qrib mar-Russja u ċ-Ċina, triq li skont l-UE ma toffrix l-istess rotta biex dawn isiru demokraziji fejn tirrenja l-prosperità.