L-UE tneħħi l-VAT u d-dazju għat-tagħmir mediku

Beppe Galea

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ħabbret li se jkunu qed jitneħħew it-taxxi tal-VAT u d-dazji fuq l-importazzjoni ta’ tagħmir mediku għax-xhur li ġejjin.

Dan jinkludi maskri, gloves, overalls kif ukoll ventilaturi. Din is-sospensjoni ta’ dawn it-taxxi se tapplika mill-20 ta’ Jannar li għadda u tibqa’ għaddejja sal-aħħar ta’ Lulju.

Hija qalet li b’din il-miżura, l-isptarijiet se jkunu jistgħu jixtru akta tgħamir mediku biex idewwu pazjenti bil-coronavirus.

Von der Leyen meskluditx li din il-miżura tiġi estiża.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn