L-UE tista’ żżid sanzjonijiet fuq ir-Russja fi żmien ġimgħa

L-Unjoni Ewropea tagħat lir-Russja ġimgħa ċans biex twaqqaf forzi tagħha li allegatament daħlu l-Ukraina illegalment.
Il-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy, qal li l-UE qed taħdem b’mod urġenti biex iżżid sanzjonijiet fuq ir-Russja
Min-naħa tagħha ir-Russja qed tiċħad l-allegazzjonijet li forzi militari tagħha daħlu r-Russja biex jgħinu lis-separatisti.
Ribelli favur ir-Russja għamlu progress fir-reġjunjiet ta’ Donetsk u Luhansk fil-Lvant tal-Ukraina.
Skont rapporti, madwar 2,600 persuna mietu waqt il-ġlied.