L-UE tista’ tibda tqis l-obeżità bħala diżabilità

Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja qalet li l-obeżità tista’ titqies bħala diżabilità jekk din tnaqqas mill-abilità ta’ persuna li taħdem.
Għalhekk l-obeżità tista’ ssib postha fil-liġijiet tal-Unjoni Ewropea kontra d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol.
Id-deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali Jaaskinen waslet fuq każ li d-Daniż, Karsten Kaltoft ressaq quddiem il-Qorti Ewropea.
Huwa qal li tilef xogħolu inġustament għaliex kien qed ibati mill-obeżità.
Kaltoft kien ilu jaħdem f’Kunsill Lokali għal 15-il sena sakemm il-kuntratt tax-xogħol li skada fl-2010 ma ġiex imġedded.
L-Avukat Ġenerali qal li għalkemm l-obeżità ma twassalx biex awtomatika min iħaddem jaġġusta l-post tax-xogħol, aġġustamenti biex tiġi akkomodata persuna bl-obeżità għandhom isiru.