L-UE tipprova ssalva l-iskemi tax-xogħol għaż-żgħażagħ

Fi Brussell ingħata bidu għal seminar speċjali sabiex il-pajjiżi Ewropej membri fl-Unjoni Ewropea jingħataw l-aċċess għall-fondi li oriġinarjament kienu allokati għall-iskema Youth Employment.
Din l-iskema hija parti mill-pjan tal-Youth Job Guarantee, skemi li huma immirati sabiex jonqos il-qgħad fost iż-żgħażagħ bejn it-18 u l-25 sena.
Mill-pajjiżi Ewropej, il-Kummissjoni Ewropea approvat l-iskema ta’ Franza iżda din għadha ma ħallietx ir-riżultati mixtieqa.
Malta wkoll ressqet pjan fl-iskemi tal-Youth Emloyment, liema skemi l-Unjoni Ewropea allokat €6 biljun fi Frar tas-sena li għaddiet.
Skont l-aħħar figuri tal-Eurostat, madwar l-Ewropa hawn 5.6 miljun żagħżugħ u żagħżugħa li jinsabu bla xogħol.