L-UE timmira li tilħaq ftehim għall-karigi għolja sat-30 ta’ Ġunju

European Commission President Jean-Claude Juncker attends the European Union leaders summit in Brussels, Belgium, June 20, 2019. REUTERS/Piroschka van de Wouw

Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea se jerġgħu jiltaqgħu fit-30 ta’ Ġunju fejn mistennija jaslu għal ftehim dwar min għandu jiret il-pożizzjonijiet l-aktar għolja tal-bloc, inkluż imexxi l-bank ċentrali tagħha, wara li d-diskussjonijiet li damu għaddejjin sa kmieni dalgħodu ma wasslu għall-ebda ftehim.

Il-mexxejja tat-28 pajjiż li ltaqgħu fi Brussell għal diskussjonijiet sigrieti mingħajr mobiles jew għajnuna, baqgħu ma waslu mkien dwar min għandu jmexxi l-Unjoni Ewropea. Il-President Franċiż Emmanuel Macron imblokka l-għażla tal-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel. Iċ-Chairman Donald Tusk qal li ma kienx hemm maġġoranza għall-ebda kandidat filwaqt li ħabbar il-laqgħa li jmiss fit-30 ta’ Ġunju.

Il-pożizzjonijiet prominenti, inkluż il-Kap tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, imexxu l-policies tal-bloc dwar suġġetti varji inkluż dawk monetarji, dwar il-migrazzjoni, Brexit u anke n-negozju.

Il-mexxejja tal-Ġermanja, Franza, Spanja, l-Italja u n-Netherlands qed jaħdmu sabiex jippreparaw ftehim dwar min għandu jieħu l-ħames pożizzjonijiet għolja fl-Unjoni Ewropea meta jkunu qed jivjaġġaw lejn il-Ġappun bejn it-29 u d-29 ta’ Ġunju għall-G20 summit tal-ekonomiji globali maġġuri.

Għall-Unjoni Ewropea, il-Presidenza tal-Kummissjoni hija rwol importanti ħafna. Dan hekk kif l-entità tħares li l-Unjoni Ewropea qed tagħmel xogħolha kif suppost, toqgħod attenta għall-budgets nazzjonali u tipproponi polifies fuq suġetti varji.