L-UE tikkunsidra patrol boats Ewropej biex twaqqaf sajd illegali tat-Tuneżini

Il-Kummissjoni Ewropea qed tikkunsidra li tuża’ l-patraol boats Ewropej kontra t-Tuneżin li qed jisirqu l-lampuki ta’ sajjieda Maltin.

F’ittra li bagħtet lil Peter Agius, kandidat Nazzjonalista għall-Membru Parlamentari Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea qalet li qed tikkunsidra t-talba li għamel hu jiġifieri dik li jsir monitoraġġ fuq il-baħar permess ta’ dgħajjes ta’ Aġenzija Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea assigurat lil Agius li qed tagħmel ħilitha biex tgħin lit-Tuneżija biex taqdi l-obbligi internazzjonali permezz tan-Neighbourhood Policy.

Fi stqarrija lill-midja, Peter Agius spjega li dan l-arranġament diġà jeżisti fis-sajd għat-tonn minn sajjieda Maltin. Huwa saħaq li b’din l-ittra, il-Kummissjoni esprimiet ir-rieda politika li din il-proposta ssir.

Huwa mistenni li fiż-żmien li ġej, il-Kummissjoni Ewropea jkollha laqgħat mal-awtoritajiet Maltin biex jiġu stabbiliti t-termini ta’ din il-ħidma Ewropea fl-ibħra Maltin biex jiġi protett l-għajxien ta’ sajjieda Maltin.

Huwa temm jgħid li din hi l-politika li ġġib riżultati. Saħaq li hu jemmen f’din il-politika u se jkompli jaħdem fil-Partit Nazzjonalista għal soluzzjonijiet utli għas-setturi differenti tal-ekonomija u s-soċjetà.

Dr Peter Agius ilu jsegwi din il-kwistjoni għal dawn l-aħħar xhur
‘L-awtoritajiet Tuneżini jridu jinfurzaw is-sajd illeċitu wkoll’ – PN

Taqbel li għandhom jintużaw patrol boats Ewropej?
Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt