L-UE tiffirma s-6 kuntratt għall-vaċċin kontra l-Covid-19

Read in English.

L-Unjoni Ewropea ffirmat is-sitt kuntratt ma’ kumpanija tal-farmaċewtika sabiex tiggarantixxi 60 miljun vaċċin ieħor.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet, “bi pjaċir inħabbar li llum ġie approvat kuntratt ġdid li jassigura li jkun hemm vaċċin ieħor għall-Covid-19.”

Permezz ta’ dan il-kuntratt se jkun hemm 160 miljun doża tal-vaċċin li qed jiġi pproduċut minn Moderna.

Dan huwa s-sitt kuntratt li qed isir ma’ kumpanija tal-farmaċewtika. Dawn il-vaċċini se jkunu evalwati bir-reqqa mill-Aġenzija tal-Mediċina Ewropea (EMA) u se jkunu approvati fis-suq la darba jkunu approvati li huma siguri u effettivi.

L-Unjoni Ewropea hija impenjata wkoll li tappoġġja l-isforzi tan-Nazzjonijiet Uniti għal COVAX, bil-għan li tassigura vaċċini għal pajjiżi li għandhom dħul baxx u medju. L-UE s’issa ġabret €16-il biljun għal testijiet, trattamenti u vaċċini kontra l-coronavirus mad-dinja kollha.