L-UE tiffinanzja studju biex titfassal l-ewwel liġi għan-negozji tal-familja

Il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ngħataw iktar minn €63,000 taħt programm tal-UE biex tinġabar statistika dwar l-impriżi żgħar u medji tal-familja.
Il-Gvern ressaq proposta lill-UE biex isir dan l-istudju biex imbagħad titfassal l-ewwel liġi li tħares lin-negozji tal-familja.
L-informazzjoni li tinġabar isservi bħala l-qafas biex jittieħdu deċiżjonijiet li jgħinu lil dan is-settur tal-ekonomija Maltija.
Għal dan l-istudju, se jkunu mistiedna jipparteċipaw 5,000 impriża f’Malta.