L-UE tiddiskuti l-futur immedjat ta’ Schengen

Il-Ministri tal-Intern tat-28 pajjiż membru tal-UE, fosthom Malta, qed jiltaqgħu dalgħodu f’Amsterdam biex jiddiskutu l-futur immedjat ta’ Schengen.
Il-Greċja qed tirriskja li tiġi eliminata miż-żona Schengen, almenu b'mod temporanju, hekk kif huma diversi l-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa li qed jinsistu għal fruntieri iktar b’saħħithom.
Is-sena li għaddiet, l-Awstrija u l-Ġermanja bdew jagħfsu għal iktar kontrolli tal-fruntieri hekk kif iż-żewġ pajjiżi huma milquta, iktar minn qatt qabel, mill-kriżi tal-immigrazzjoni.
Ipproponew li l-Greċja, u sa ċertu punt anke l-Italja, jiġu esklużi minn moviment ħieles ta’ persuni hekk kif qed jisħqu li dawn iż-żewġ pajjiżi m’għamlux biżżejjed biex jikkontrollaw il-wasliet ta’ persuni jitolbu l-kenn.
Il-possibilità hi li x-Schengen jieqaf bejn sitt xhur u sentejn.