L-UE thedded lill-Italja bl-interessi jekk ma jħallsux

REUTERS/Francois Lenoir

Il-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea wissa l-Italja li jekk ma tħallasx il-kontribuzzjoni tagħha minħabba l-battibekki li għaddejjin fuq l-immigrazzjoni, se taffaċċja l-interessi.

Il-ġimgħa l-oħra, id-Deputat Prim Ministru tal-Italja Luigi Di Maio hedded li l-Italja ma tħallasx il-kontribuzzjonijiet tagħha lill-Unjoni Ewropea jekk l-Istati Membri ma jaqblux biex iqassmu l-immigranti li kienu qed jinżammu fuq bastiment f’port fl-Italja.

Wara li l-Irlanda u l-Albanija biss kienu lesti biex jgħinu bl-immigranti, Di Maio qal li l-Italja lesti jagħtu veto lill-pjan tal-baġit tal-Unjoni Ewropea ta’ dawn is-sebgħa snin li ġejjin jekk l-Istati Membri ma jaqblux fuq kif se jitqassmu l-immigranti.

Il-Kummissarju qal li kull membru tal-Ewropa huwa obbligat iħallas il-kontribuzzjonijiet tiegħu fil-ħin. Kompla jgħid li jekk ma jiġrix dan, ikunu qed jiksru l-ftehim, li tfisser li jibdew jammontaw l-interessi.