L-UE tapprova skema ta’ ħlas lis-sajjieda tat-tonn f’Malta


Il-Kummissjoni Ewropea approvat skema ta’ €720,000 għas-sajjieda Maltin tat-tonn li jaħdmu għal rashom li ġew affettwati mill-pandemija tal-copronavirus. L-iskema ġiet approvata taħt il-programm temporanju ta’ Stateaid fejn il-Gvern ikun jista’ jgħaddi l-ħlas dirett lis-sajjieda Maltin.

Fi stqarrija, il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-appoġġ finanzjarju se jkun fil-forma ta’ għotjiet diretti u se tkun ikkalkulata abbażi tal-kwota assenjata lilhom mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura.

Il-Kummissjoni sabet li l-iskema Maltija hija konformi mal-kundizzjonijiet stipulati f’dan il-programm temporanju għal Stateaid. Il-Kummissjoni qalet li l-għotjiet m’ghħandhomx jaqbżu l-€120,000 għal kull sajjied.