L-UE talloka €25 biljun biex tgħin l-ekonomiji milquta

L-Unjoni Ewropea talloka €25 biljun biex tgħin lil dawk l-ekonomiji milquta l-agħar mill-coronavirus.

Bdiet tirranka l-ħidma tal-Unjoni Ewropea biex isib tar fil-firxa tal-coronavirus fil-pajjiżi membri billi ħabbret sensiela ta’ miżuri.

Il-President tal-Kumissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ħabbret fost l-affarijiet li diġà kienu allokati €140 miljun għat-trattament u riċkerka biex jinstab tilqim kontra l-coronavirus imma qalet li kienet se tingħata prijorità biex jitaffa l-impatt soċjo-ekonomiku. 

Dan se jsir billi jiġu allokati immedjatament €7.5 biljun biex tingħata għajnuna lill-oqsma tal-kura tas-saħħa, negozji żgħar u setturi tal-ekonomija Ewropeja li qed jintlaqtu l-agħar.

L-Unjoni Ewropea wkoll qablet li tiffinanzja r-riċerka għal tilqim u aktar libertà lill-pajjiżi membri beix jgħinu kumpaniji li qed jispiċċaw f’diffikultà minħabba l-Coronavirus. Dan apparti li se jkunu investiti €25 biljun f’dawk l-oqsma tal-ekonomija Ewropea milquta l-agħar mill-Coronavirus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn