L-UE tagħti €90 miljun lill-UNICEF għall-edukazzjoni fis-Sirja

L-Unjoni Ewropea tat €90 miljun lill-Fond għat-Tfal fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, magħruf aħjar bħala UNICEF, sabiex jintużaw fil-qasam edukattiv għat-tfal fis-Sirja.
Id-donazzjoni li ngħatat ilbieraħ fil-Jum Dinji tar-Refuġjati se tintuża primarjament sabiex aktar tfal ikollhom aċċess għas-sena skolastika li ġejja, għal tagħlim vokazzjonali kif ukoll f’servizzi psikoloġiċi lil dawn il-persuni li għaddejjin minn trawma.
B’hekk, b’kollox l-UE se tkun tefgħet €200 miljun fil-fond għall-ħidma tal-UNICEF fis-Sirja mindu bdiet il-kriżi.
Johannes Hahn, il-Kummissarju Ewropew għall-Politika tal-Pajjiżi Ġirien saħaq li l-UE tista’ u jmissha tagħmel aktar. Irrimarka li bl-għajnuna tagħha ġew irreġistrati aktar tfal fl-iskejjel li qed jirċievu wkoll trattament psikosoċjali.
Min-naħa tiegħu, id-Direttur Eżekuttiv tal-UNICEF, Anthony Lake sostna li l-futur tas-Sirja jiddependi mit-tfal Sirjani li telgħin, u għalhekk kruċjali li jsir l-investiment issa sabiex jintikeb momentum b’saħħtu b’risq it-tfal u ż-żgħażagħ.