L-UE taddotta l-proposta ta’ Zammit Dimech favur il-whistleblowers

L-MEP Francis Zammit Dimech qal li ħafna pajjiżi ma rnexxilhomx jipproteġu liċ-ċittadini tagħhom meta dawn irrappurtaw ksur tal-liġi. Għalhekk, huwa ressaq proposta li tipproteġi aħjar lill-whistleblowers, li ntlaqgħet u se tiġi addottata mill-Kumitat tal-Midja fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

B’din l-emenda, qal Francis Zammit Dimech, li kien ir-rapporteur tal-Partit Popolari Ewropew (EPP), se nuru lill-ġurnalisti Daphne Caruana Galizia, Jan Kuciak u Viktoria Marinova li aħna nikkumpatuhom. Kompla jgħid li l-whistleblowers kienu essenzjali biex jiġu żvelati skandli bħal tal-Panama Papers u korruzzjoni fil-livelli kollha tas-soċjetà.

24 vot favur u 3 kontra

Il-kompromess li ntlaħaq mill-partiti politiċi jirrifletti l-proposta ta’ Zammit Dimech li minkejja li għandhom jintużaw il-mezzi primarji, il-whistleblowers jistgħu jużaw mezzi sekondarji wkoll fir-rappurtaġġ tagħhom.

Il-proposta ta’ Zammit Dimech aċċertat ukoll li l-intermedjarji jiġi protetti wkoll. Barra minn hekk, dawk l-awtoritajiet li jirċievu u jimmaniġġjaw ir-rapporti għandhom ikunu indipendenti.

Zammit Dimech ħareġ ukoll b’numru ta’ proposti fil-Kumitat fuq l-Affarijiet Legali, li huma mistennija li jittieħdu voti fuqhom sal-aħħar tax-xahar.