L-UE se tixtri 300 miljun doża tal-vaċċin tal-Covid-19

Read in English.

Il-Kummissjoni Ewropea leħqet ftehim li tixtri 300 miljun doża tal-vaċċin BionTech Pfizer Covid-19.

Dan huwa r-raba’ kuntratt li sar dwar il-vaċċin tal-Covid-19 li se jkun qiegħed jipprovdi xiri ta’ 200 miljun doża f’isem l-Istati kollha tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-għażla li tordna 100 miljun doża oħra. Dan ix-xiri se jkun qiegħed jidħol fis-seħħ la darba l-vaċċin ikun approvat li huwa sigur u effettiv kontra l-Covid-19.

Il-vaċċin BionTech instab li jista’ jipprevjeni lil aktar minn 90% tan-nies milli jaqbadhom il-Covid-19. Dan il-virus s’issa kien ttestjat fuq 43,500 minn sitt pajjiżi differenti u ma kienx hemm l-ebda tħassib fuq is-sigurtà ta’ dawn il-persuni.

Il-kuntratti l-oħra li għamlet l-Unjoni Ewropea dwar dan il-vaċċin huma mal-AstraZeneca, Sanofi-GSK u Janassen Pharmaceutica NV.