L-UE se tixtri 300 miljun doża oħra tal-vaċċin ta’ Pfizer-BioNTech

Ritratt: Pexels

Read in English.

L-Unjoni Ewropea laħqet ftehim ma’ Pfizer-BioNTech biex tixtri 300 miljun doża oħra tal-vaċċin tal-Covid-19. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ħabbret dan il-Ġimgħa.

Permezz ta’ dan il-ftehim l-Unjoni Ewropea kkommettiet ruħha li se tkun qiegħda tixtri kwazi nofs il-konsenja li se tkun qiegħda tiġi maħduma matul l-2021. Pfizer ħabbret li hija tista’ tipproduċi sa 1.3 biljun doża f’sena. F’Novembru, il-kumpanija u l-Unjoni Ewropea kienu leħqu ftehim li l-UE kienet se tixtri 300 miljun doża oħra tal-vaċċin.

Von der Leyen qalet li l-Gvernijiet tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea se jkunu jistgħu jordnaw dan il-vaċċin minn April li ġej.

Dan mhux l-unika ftehim tal-Unjoni Ewropea, s’issa ġew assigurati 2.3 biljun doża minn kumpaniji li l-vaċċin ġie approvat jew jinsab fi stadju avvanzat biex jiġi approvat. Apparti t-tilqima ta’ BioNTech-Pfizer, l-Erbgħa li għadda ġiet approvata t-tilqima li l-produzzjoni tagħha qiegħda ssir mill-kumpanija Moderna.